Home » Dipartiment tal-Malti » Spellitona

Spellitona

Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru d-Dipartiment tal-Malti fl-iskola taghna organizza Spellitona għall-istudenti tad-Disa’ Sena mill-klassi 9 Coral u 9 Diamond.

Zewġ timijiet, bi tliet parteċipanti f’kull tim, hadu sehem. L-għan ta’ din l-attivita’ bħas-snin li għaddew kienet li tkabbar l-għarfien tal-litteriżmu fl-istudenti b’mod parteċipattiv fejn huma jitgħallmu u jieħdu gost fl-istess ħin. Għall-ewwel darba din l-Ispellitona giet iffilmjata biex tiġi inkluża fil-programm Ilsienna fuq it-televiżjoni.

L-istudenti li hadu sehem ingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni, filwaqt li dawk rebbieħa ngħataw ktieb bħala premju u b’hekk kompliet tissaħħaħ il-kultura favur il-qari bil-Malti fl-iskola tagħna.

Tistgħu taraw xi ritratti fil-paġna tal-Facebook ‘Bil-Ħila Tagħkom’.

https://www.facebook.com/bilhilataghkom/

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *