Home » Dipartiment tal-Malti » Attivitajiet » Il-Kultura Maltija

Il-Kultura Maltija

Nhar it-Tlieta 20 ta’ Marzu 2018, il-klassi tal-Malti Form 1 Grupp D flimkien mal-għalliema tagħhom Ms.Massabielle Zammit u s-Sur Joseph Galdes ħadu sehem f’attivita` kulturali barra mill-iskola bħala parti mil-lezzjonijiet dwar il-Kultura Maltija. L-istudenti kellhom l-opportunità li jżuru żewġ mudelli ta’ knejjes fost diversi li nsibu ġewwa ż-Żejtun; waħda tas-Sur Brian Gatt u oħra tas-Sur Saviour Abela. Wara kellhom ukoll l-opportunità unika li jattendu għal sezzjoni tal-arti tas-smid ġewwa s-Sede tas-Soċjeta` Mużkali Beland fejn is-Sur Etienne Callejja u s-Sur Joseph Baldacchino wrew lill-istudenti kif tinħadem din l-arti marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira. L-istudenti niżlu wkoll fil-kantina fejn Is-Sur Samuel Venezani u s-Sur Renato Spiteri spjegawlhom dwar xi props marbuta mal-pagent Ecce Homo li titella’ fl-istess sede.

      

 

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *