Home » EkoSkola » Bandiera ħadra għat-tielet darba konsekuttiva

Bandiera ħadra għat-tielet darba konsekuttiva

Image preview

Bi pjaċir inħabbru li l-iskola Medja u Sekondarja taż-Żejtun fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More, ġiet mogħtija l-bandiera l-ħadra għat-tielet darba konsekuttiva. Dan sar grazzi għall-ħidma bla waqfien tal-istudenti tal-kumitat tal-Eko Skola, l-edukaturi li mexxew il-kumitat, studenti li jattendu l-iskola u l-membri tal-istaff.

Fost l-attivitajiet li saru kien hemm: ġabriet ta’ flus u ikel li marru għall-familji fil-bżonn tal-Kulleġġ, ikel għal xelters tal-annimali u ingħatat ukoll għajnuna lin-nies fl-Ukraina. Ġie utilizzat l-ispazju tal-iskola biex tkabbru bosta ħxejjex fejn l-istudenti tgħallmu dwar il-proċess tat-tkabbir u l-importanza tal-ikel organiku u lokali. Saru attivitajiet fejn l-istudenti setgħu jesprimu l-kreattività tagħhom permezz ta’ posters u bookmarks li żiedu l-għarfien u l-kuxjenza dwar il-ġuħ u l-ikel.

Minbarra dan kollu, l-istudenti pparteċipaw b’diversi modi waqt lezzjonijiet li l-għalliema ta’ diversi suġġetti żviluppaw biex integraw il-kontenut tas-suġġett tagħhom mat-tema prinċipali magħżula mill-EkoSkola; kif il-ġuħ jista’ jiġi eliminat.

Grazzi lil kulħadd għas-sehem tagħkom f’dan l-akkwist li l-iskola tagħna rnexxielha tikseb bis-saħħa tagħna lkoll.

Comments are closed.