Żjara sal-Palazz ta’ l-Inkwiżitur fil-Birgu

Nhar l-14 ta’ Jannar 2016, klassi ta’ studenti mill-ewwel sena kellhom l-opportunità li jmorru jaraw il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu, mal-għalliema tal-Malti.  Hemmhekk il-gwida responsabbli spjegalna minn fejn ġej il-materjal tal-qoton u s-suf permezz ta’ filmat u spjegazzjoni interessanti.  Wara stajna naraw l-ilbies awtentiku tradizzjonali Malti jiġifieri dak tar-raħħala u n-nies sinjuri Maltin. L-istudenti kellhom l-opportunità biex jiflu mill-qrib ilbies ta’ aktar minn mitt sena ilu.  Fl-aħħar spiċċajna ż-żjara tagħna permezz ta’ reċta mill-istudenti stess dwar l-inkwiżizzjoni.  Libsu kostumi ta’ raħħala, l-inkwiżitur u ċ-ċerimonjier fost oħrajn u rreċtaw ir-reċta fit-tribunal stess ta’ ta’ dak iż-żmien.  Kienet esperjenza sabiħa u interessati kemm għall-istudenti kif ukoll għall-għalliema.

Posted on 18/01/2016, in Attivitajiet. Bookmark the permalink. Comments Off on Żjara sal-Palazz ta’ l-Inkwiżitur fil-Birgu.

Comments are closed.