Poeżija – Il-Bejjiegħ tal-Gazzetti

F’din l-attività b’rabta mal-poeżija “Il-Bejjiegħ tal-Gazzetti” ta’ Ġorġ Borg, l-istudenti tal-Klassi 3 PEARL ingħaqdu flimkien sabiex joħolqu din il-kartonċina oriġinali.  Fiha naraw il-kartonċina miksija b’biċċiet ta’ karti minn gazzetti.  Fuq naħa naraw xbieha tal-Bejjiegħ tal-Gazzetti u fuq in-naħa l-oħra ritratt ta’ ommu.  Fin-nofs hemm żewġt iqlub magħqudin flimkien li juru l-imħabba ta’ bejn l-omm u binha.  Fin-nofs hemm ukoll il-ħsieb tal-poeżija fil-qosor.  Prosit.

Posted on 22/11/2015, in It-Tielet Sena. Bookmark the permalink. Comments Off on Poeżija – Il-Bejjiegħ tal-Gazzetti.

Comments are closed.