L-imħabba lejn l-annimali

L-imħabba li persuna tirċievi mingħand l-annimali hi ċertament imħabba ġenwina, għax l-annimal jifhem is-sentimenti tal-bniedem xi kultant iktar mill-bniedem innifsu. Tispirani l-kapaċita` li jirritornaw l-imħabba lura u l-fatt li jindunaw li jkollok xi ħaġa li tiskomodak. L-imħabba lejn l-annimali minn dejjem kienet fija b’mod partikolari lejn il-qtates. Inħoss li l-annimali bħal kull ħaġ`oħra ħajja għandhom dritt li jgħixu kuntenti. Meta nara animal fil-bżonn inħoss il-ħtieġa li ngħinu mhux għas-sodisfazzjon imma għal vera imħabba li għandi għalihom. Ngħinhom kif nista’ forsi b’affarijiet żgħar eżempju li nitmagħhom. Aspirazzjoni li ilha tberren ġo moħħi hi li la nikber niftaħ xelter għall-klieb u l-qtates.Ikolli ngħid li rbatt qalbi mal-qtates tal-iskola u nametti li meta niġi biex nitlaq mill-iskola, in-nuqqas tagħhom ser inħossu żgur.

Xogħol ta’ Martina Caruana tal-klassi 3 Diamond

Posted on 26/05/2017, in It-Tielet Sena. Bookmark the permalink. Leave a comment.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *