Komponiment

Hekk kif għamilt l-ewwel pass fuq l-għatba ta’ dak il-bieb kaħlani bil-qatriet tan-nida jċarċru minn fuqu, waqaft għal mument biex nieħu nifs fil-fond. L-arja kiesħa tal-imsaġar wara xita qalila ġegħlitni nirrilassa u ħaditni lura fi żmien tfuliti meta kont inżur lin-nanna wara xita qawwija. Issa li kienu għaddew ix-xhur minn meta n-nanna ħallietna, fl-aħħar kelli biżżejjed kuraġġ biex nerġa’ nżur dik id-dar. Wara dak il-bieb kien hemm il-memorji kollha f’dik id-dar u kont qed niftaħ triq għalihom kollha…

Id-dar tan-nanna” minn Maronia Falzon ta’ 5 Diamond

Posted on 04/12/2015, in Il-Ħames Sena. Bookmark the permalink. Comments Off on Komponiment.

Comments are closed.