Kampanja ‘Save the Polar Bear’

Agħfas hawn biex tara’ l-preżentazzjoni li ntużat f’din il-kampanja.

Il-Kunsill tal-EkoSkola laqa’ l-istedina li jimplimenta dan il-proġett fuq livell ta’ skola. Din il-kampanja titkellem dwar il-ħsara li qiegħda ssir lill-Ors Polari minħabba li qiegħed idub is-silġ fl-Artiku, kawża tal-emmissjoni ta’ gassijiet tossiċi fl-arja, fosthom minħabba konsum ta’ dawl żejjed. Titkellem ukoll dwar x’għandu jkun l-irwol tagħna biex ngħinu lil dawn l-ispeċi milli jiġu estinti, eżempju billi nitfu d-dawl qabel ma noħorġu mill-kamra, billi nużaw anqas karti u nirriċiklaw il-karta, u billi nużaw ir-rota bħala mezz ta’ transport minflok il-karozza meta hu possibli.
Qiegħed ikun previst li jekk it-temperaturi jkomplu jisħnu se nesperjenzaw mewġa ta’ sħana qawwija u nixfa, kif ukoll maltempati kbar u għargħar li se jkollhom effetti kbar u diretti fuq l-għixien tal-Orsijiet Polari.
Bħala skola waħħalna dan il-logo fuq kull swiċċ tad-dawl sabiex infakkru li wieħed għandu jitfi l-elettriku meta m’għandux bżonn. Jidher li din l-inizjattiva intlaqgħet tajjeb ħafna u qiegħda tiġi segwita bil-għajnuna tal-istudenti tal-EkoSkola u l-Green Leaders.
Jekk naħdmu flimkien nagħmlu d-dinja post aħjar!

Kimsley Grech
3 Coral
Membru fl-EkoSkola

Posted on 22/01/2016, in EkoSkola. Bookmark the permalink. Comments Off on Kampanja ‘Save the Polar Bear’.

Comments are closed.