Il-Jum Ewropew tal-Lingwi – Attivitajiet mid-Dipartiment tal-Malti

Nhar it-Tlieta 24 ta’ Ottubru, fl-iskola tagħna ċċelebrajna l-Jum Ewropew tal-Lingwi. Id-Dipartiment tal-Malti fl-iskola tagħna ħejja tliet programmi interessanti maħsuba għal studenti ta’ klassijiet differenti. Kellna preżentazzjonijiet viżivi ta’ poeżiji, spellitona, dramatizzazzjoni ta’ qwiel u idjomi, preżentazzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kitba tal-istudenti, kanzunetti bil-Malti u oħrajn. F’din l-okkażjoni l-istudenti setgħu jifhmu kemm l-ilsien Malti jiftaħ bibien ġodda, inkluż lil hinn minn xtutna.

Posted on 17/11/2016, in Attivitajiet. Bookmark the permalink. Comments Off on Il-Jum Ewropew tal-Lingwi – Attivitajiet mid-Dipartiment tal-Malti.

Comments are closed.