Il-Ġimgħa l-Kbira taż-Żejtun

Komponiment miktub minn Alessia Falzon ta’ 1 Topaz

Fiż-Żejtun jiġu organizzati ħafna festi fosthom il-Ġmgħa l-Kbira. Il-Ġimgħa l-Kbira hija l-iktar festa għalina ż-Żwieten kollha.
Fiż-Żejtun insibu tnax-il vara li jissimbolizzaw il-passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Għandna l-Ort, Ġuda, il-Marbut, l-Ecce Homo, Pilatu, r-Redentur, Xmun, il-Veronka, il-Vara l-Kbira, il-Pieta’, il-Monument u fl-aħħar insibu d-Duluri. Iż-Żejtun nagħmlu purċissjoni kbira u twila. Hija l-itwal purċissjoni ġo Malta.
Fil-Ġimgħa l-Kbira jien u l-familja tiegħi nibdew il-ġurnata billi nduru xi ftit wirjiet. Imbagħad immorru d-dar u nieklu l-qagħqa tal-Appostli għax f’dik il-ġurnata ma jkun jiswa laħam. Wara naraw xi kunċert fuq it-televixin li jkun sar il-ġurnata ta’ qabel f’Ħamis ix-Xirka.
Filgħaxija, waqt il-purċissjoni, missieri jmur idur it-toroq taż-Żejtun bil-kopp biex jgħin lill-knisja fl-ispejjeż tagħha. Jien u ommi nitilgħu tard tant li l-purċissjoni tkun waslet biex tidħol. Imbagħad nidħlu fil-knisja niex naraw il-parata ta’ Ġesu’ Redentur. Wara li l-vari jkunu daħlu kollha fil-knisja, nkellmu xi qraba li jkunu hemm. Iktar tard jien u l-ġenituri nidħu d-dar u jien noqgħod ngħin lil missieri jżarma l-vari.
Aħna ż-Żwieten iffortunati ħafna li għandna l-vari tal-Ġimgħa l-Kbira għax b’hekk inkunu nistgħu niċċelebraw din il-festa aħjar u nidħlu iktar fl-atmosfera hekk tant sabiħa.

Posted on 11/04/2016, in L-Ewwel Sena. Bookmark the permalink. Comments Off on Il-Ġimgħa l-Kbira taż-Żejtun.

Comments are closed.