Il-Ftira Maltija

Lezzjoni dwar il-ftira Maltija

Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru 2017, fil-lezzjoni tal-Malti l-istudenti tal-klassi 1 Ruby (CCP) għamlu lezzjoni dwar il-ftira Maltija. L-istudenti marru huma stess jixtru l-ftira minn forn viċin l-iskola. Hawnhekk kellhom l-opportunità li jitgħallmu kif issir il-ftira kif ukoll dwar il-forn u x-xogħol tal-furnar. Wara marru fil-klassi fejn ħawru l-ftira b’ingredjenti Maltin bħal kappar, żebbuġ, tonn taż-żejt, tadam u kunserva u fl-aħħar ftit bżar u melħ.

Posted on 21/11/2017, in Dipartiment tal-Malti, L-Ewwel Sena, Xogħol l-istudenti. Bookmark the permalink. Leave a comment.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *