Category Archives: Activities

Malta Junior Science Olympiad

Għat-tieni sena konsekuttiva, l-iskola tagħna reġgħet ipparteċipat fil-Malta Junior Science Olympiad li ttella’ nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru 2015, fil-Kulleġġ Santa Tereża Skola Sekondarja tal-Imrieħel.
It-tliet parteċipanti li jispeċjalizzaw fis-suġġetti tax-xjenza kienu  Daniela Caruana, Kylie Ann Formosa u Leanne Genovese tal-klassi 5 Coral, li kkompetew ma’ 57 kompetitur ieħor, minn 19-il skola oħra sekondarja minn madwar Malta u Għawdex. It-tema magħżula għal din is-sena kienet ‘id-dawl’ u l-istudenti riedu jippreparaw irwieħhom għal din it-tema mil-lenti tat-tliet suġġetti; il-Fiżika, il-Bioloġija u l-Kimika.
Ir-riżultati ta’ din il-kompetizzjoni se jkunu mħabbra nhar is-26 ta’ Novembru 2015 waqt ċerimonja speċjali tal-okkażjoni. Minn hawn nifirħu lit-tliet parteċipanti u nawguralhom kull success.