Category Archives: Xogħol l-istudenti

Jiena annimal f’ċirklu

Immaġina li kont annimal f’ċirklu

Ajma! Qed tweġġgħuni. Ieqfu! Ieqfu! Għala dejjem l-istess? Dejjem ittuni f’dahri u ttuni ftit x’niekol. Jien jisimni Żimba. Jien tigra taċ-ċirklu.Ma xtaqtx insir tigra taċ-ċirklu, għax is-sidien jitrattawni ħażin… kompli aqra hawn.

Komponiment ta’ Emilia Borg Cachia ta’ Form 1 Diamond

Il-Ġimgħa l-Kbira taż-Żejtun

Komponiment miktub minn Alessia Falzon ta’ 1 Topaz

Fiż-Żejtun jiġu organizzati ħafna festi fosthom il-Ġmgħa l-Kbira. Il-Ġimgħa l-Kbira hija l-iktar festa għalina ż-Żwieten kollha.
Fiż-Żejtun insibu tnax-il vara li jissimbolizzaw il-passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Għandna l-Ort, Ġuda, il-Marbut, l-Ecce Homo, Pilatu, r-Redentur, Xmun, il-Veronka, il-Vara l-Kbira, il-Pieta’, il-Monument u fl-aħħar insibu d-Duluri. Iż-Żejtun nagħmlu purċissjoni kbira u twila. Hija l-itwal purċissjoni ġo Malta.
Fil-Ġimgħa l-Kbira jien u l-familja tiegħi nibdew il-ġurnata billi nduru xi ftit wirjiet. Imbagħad immorru d-dar u nieklu l-qagħqa tal-Appostli għax f’dik il-ġurnata ma jkun jiswa laħam. Wara naraw xi kunċert fuq it-televixin li jkun sar il-ġurnata ta’ qabel f’Ħamis ix-Xirka.
Filgħaxija, waqt il-purċissjoni, missieri jmur idur it-toroq taż-Żejtun bil-kopp biex jgħin lill-knisja fl-ispejjeż tagħha. Jien u ommi nitilgħu tard tant li l-purċissjoni tkun waslet biex tidħol. Imbagħad nidħlu fil-knisja niex naraw il-parata ta’ Ġesu’ Redentur. Wara li l-vari jkunu daħlu kollha fil-knisja, nkellmu xi qraba li jkunu hemm. Iktar tard jien u l-ġenituri nidħu d-dar u jien noqgħod ngħin lil missieri jżarma l-vari.
Aħna ż-Żwieten iffortunati ħafna li għandna l-vari tal-Ġimgħa l-Kbira għax b’hekk inkunu nistgħu niċċelebraw din il-festa aħjar u nidħlu iktar fl-atmosfera hekk tant sabiħa.

Awtobijografija1

“Jisimni Marija Camilleri u twelidt ħdax-il sena ilu, preċiżament nhar it-Tlieta 7 ta’ Settembru, 2004. Dakinhar, il-ġenituri tiegħi kellhom ċelebrazzjoni doppja…” … agħfas hawn biex tkompli taqra.

Awtobijografija miktuba minn Marija Camilleri tal-Klassi 1 Garnet

Awtobijografija2

“Twelidt fil-15 ta’Frar 2004, illum għandi ħdax-il sena u qiegħda fl-ewwel sena tas-sekondarja. Jisimni Sera u noqgħod iż-Żejtun…” … agħfas hawn biex tkompli taqra.

Awtobijografija miktuba minn Sera Bonanno tal-Klassi 1 Diamond.

Ritratt ta’ Toninu man-Nanna: Esperjenzi

Żewġ studenti, Marija Camilleri tal-Klassi 1 Garnet u Sera Bonanno tal-Klassi 1 Diamond, jirrakkuntawlna esperjenzi personali meta ħadu sehem fl-iskema “L-addozzjoni tan-nanna” b’rabta mal-poeżija “Ritratt ta’ Toninu man-Nanna”.

Agħfas hawn biex taqra l-esperjenza ta’ Marija Camilleri

Agħfas hawn biex taqra l-esperjenza ta’ Sera Bonanno

Poeżija – Pitirross

F’din l-attività b’rabta mal-poeżija “Pitirross” ta’ Victor Fenech, l-istudenti tal-Klassi 3 PEARL ingħaqdu flimkien sabiex joħolqu din il-kartonċina oriġinali.  Fiha naraw il-kartonċina maqsuma f’biċċtejn: il-parti l-ħamra u l-parti l-bajda. Il-parti l-ħamra tirrappreżenta t-tbatija ta’ Kristu u l-ħeġġa tal-bniedem (il-pitirross) li jibqa’ jfittex lil Ġesù avolja jkun hemm drabi li fihom warrbu. Il-parti l-bajda tirrappreżenta l-bniedem li jwarrab lil Ġesù dejjem (bħall-mogħoż li moħħhom biss x’jistgħu jakkwistaw).  Fin-nofs hemm ukoll il-ħsieb tal-poeżija fil-qosor.

L-istorja tal-vażun l-aħdar

Jien u l-ġenituri tiegħi morna noqogħdu ġo dar ġdida. Din id-dar kienet ġewwa l-Imdina. L-Imdina huwa post antik ħafna. Agħfas hawn biex tkompli taqra.

Miktuba minn Alessia Falzon ta’ Form 1 Topaz

Komponiment

“Is-Sirena ta’ taħt il-baħar” minn Alessia Falzon ta’ 1 Topaz

Darba waħda kien hemm sirena li kienet tgħix taħt il-baħar. Din is-sirena kienet ħelwa ħafna u kienet iffortunata ħafna għax missierha kien ir-re tal-baħar fejn kienet tgħix hi… agħfas hawn biex tkompli taqra.

Komponiment

“Il-Moda” ta’ Alessandro Parrella minn 2 Coral

Trid tintgħoġob u tkun aċċettat? Mela imxi mal-moda. Hekk jaħsbu ħafna nies… kompli aqra hawn!

Komponiment

Hekk kif għamilt l-ewwel pass fuq l-għatba ta’ dak il-bieb kaħlani bil-qatriet tan-nida jċarċru minn fuqu, waqaft għal mument biex nieħu nifs fil-fond. L-arja kiesħa tal-imsaġar wara xita qalila ġegħlitni nirrilassa u ħaditni lura fi żmien tfuliti meta kont inżur lin-nanna wara xita qawwija. Issa li kienu għaddew ix-xhur minn meta n-nanna ħallietna, fl-aħħar kelli biżżejjed kuraġġ biex nerġa’ nżur dik id-dar. Wara dak il-bieb kien hemm il-memorji kollha f’dik id-dar u kont qed niftaħ triq għalihom kollha…

Id-dar tan-nanna” minn Maronia Falzon ta’ 5 Diamond

Komponiment tal-Malti

Kont għadek kif wasalt Londra fuq titjira tal-Airmalta. Malli nżilt minn fuq l-ajruplan, ġew żewġ uffiċjali tas-sigurtà, ħatfuk minn dirgħajk u daħħluk f’karozza bil-ħġieġ iswed. Ma stajt tara xejn. Hekk kif il-karozza waqfet, ġew żewġ pulizija u kaxkruk lejn kamra ċkejkna bi ftit dawl inemnem u b’siġġu fin-nofs. Ġara li rabtuli idejja u ħalqi tant li bilkemm stajt nieħu nifs, aħseb u ara kemm stajt nitkellem… Agħfas hawn biex tkun taf x’ġara…

Xogħol ta’ Cassandra Pavia ta’ 5 Coral

Komponiment tal-Malti

Kont għadek kif wasalt Londra fuq titjira tal-AirMalta. Malli nżilt minn fuq l-ajruplan, ġew żewġ uffiċjali
tas-sigurtà, ħatfuk minn dirgħajk u daħħluk f’karozza bil-ħġieġ iswed. Ma stajt tara xejn. Hekk kif il-karozza waqfet, ġew żewġ pulizija u kaxkruk lejn kamra ċkejkna bi ftit dawl inemnem u b’siġġu fin-nofs. Ġara li ħallewk waħdek, bilqiegħda fuq is-siġġu għal għaxar minuti sħaħ. Għaxar minuti infernali… Agħfas hawn biex tkun taf x’ġara…

Xogħol ta’ Victoria Rotin ta’ 5 Coral

Ġejja x-xita

Din hija l-illustrazzjoni tal-poeżija Ġejja x-Xita ta’ Mary Meilak magħmula mill-istudent Albert Mizzi fil-klassi 2 Opal.  Din il-poeżija titkellem dwar ir-reazzjoni tal-annimali hekk kif tkun ġejja x-xita.

Il-qattusa tiegħi: poeżija

Poeżija – Il-Bejjiegħ tal-Gazzetti

F’din l-attività b’rabta mal-poeżija “Il-Bejjiegħ tal-Gazzetti” ta’ Ġorġ Borg, l-istudenti tal-Klassi 3 PEARL ingħaqdu flimkien sabiex joħolqu din il-kartonċina oriġinali.  Fiha naraw il-kartonċina miksija b’biċċiet ta’ karti minn gazzetti.  Fuq naħa naraw xbieha tal-Bejjiegħ tal-Gazzetti u fuq in-naħa l-oħra ritratt ta’ ommu.  Fin-nofs hemm żewġt iqlub magħqudin flimkien li juru l-imħabba ta’ bejn l-omm u binha.  Fin-nofs hemm ukoll il-ħsieb tal-poeżija fil-qosor.  Prosit.

Kitba kreattiva

F’din l-attività b’rabta mal-Kitba Kreattiva, l-istudenti tal-Klassi 3 PEARL kellhom itawlu s-sentenzi mogħtija.  Kull studenta kellha kelma differenti fosthom “Fjura”, “Kelb”, “Dar”, “Fann” u l-bqija.  L-istudenti għarfu kemm bi ftit immaġinazzjoni jistgħu jagħmlu s-sentenzi tagħhom isbaħ.

Meta Dħalt fl-Isqaq

Agħfas fuq l-istampa biex tiftaħ il-preżentazzjoni.

Din il-preżentazzjoni hija magħmula minn Yasmine Micallef Zammit, Britney Galea u Kimsley Grech