Category Archives: It-Tielet Sena

L-agħar ġurnata f’ħajti

Kienet ġurnata sajfija b’xemx tleqq daqs djamant. Kelli l-għeja ta’ ħames bdiewa xjuħ. Ftaħt għajnejja fl-iswed u qomt bħal qattus għażżien bl-inqas ħila possibbli. Imxejt fid-dlam qawwi ta’ kamarti waqt li bdejt naħbat ma’ kull oġġett li kien hemm. Fl-aħħar missejt u ftaħt il-bieb antik tal-injam. F’kwart ta’ kwart ta’ sekonda, l-iswed tal-kamra tiegħi ra d-dawl tax-xemx jirrifletti mill-ħajt tal-ħġieġ tal-kamra prinċipali… kompli aqra hawn

Xogħol ta’ Noah Galea ta’ 3 Coral

Matul is-snin tal-Ħajja ta’ Ġuże’ Chetcuti

Fil-lezzjoni tal-poeżija, l-istudenti fil-klassi 3 CORAL jinqasmu fi gruppi u kull grupp ikollu attività xi ħejji b’rabta mal-poeżija u skont x’jintalab jagħmel. Nicole Zammit, Suzanne Buttigieg, Isaac Dalli u Kieran Curmi kellhom iħejju preżentazzjoni bil-PowerPoint li matulha jiffukaw fuq mumenti u emozzjonijiet differenti li jġarrab il-bniedem tul ħajtu. Dan hu dak li ħejjew għalina…

Qwiel Maltin

Dawn huma filmati magħmulin minn dawn l-istudenti: Bernice Mifsud, Sarah Mifsud u Rebecca Xerri tat-3 Coral.
Il-qwiel li rreċtaw huma: Kappell ma jmejjilx lill-ieħor, Raqqa’ l-pannu bil-qara’ aħmar u Bil-kelma t-tajba toħroġ il-far mit-toqba.

Qwiel Maltin

Dawn huma żewġ filmati qosra ta’ studenti tal-form 3. L-istudenti fiż-żewġ filmati huma Leann Ellul u Melanie Gatt mill-klassi 3 Coral. Ir-reċta hija fuq żewġt iqwiel li għandhom fis-sillabu tat-tielet sena.

Poeżija – Pitirross

F’din l-attività b’rabta mal-poeżija “Pitirross” ta’ Victor Fenech, l-istudenti tal-Klassi 3 PEARL ingħaqdu flimkien sabiex joħolqu din il-kartonċina oriġinali.  Fiha naraw il-kartonċina maqsuma f’biċċtejn: il-parti l-ħamra u l-parti l-bajda. Il-parti l-ħamra tirrappreżenta t-tbatija ta’ Kristu u l-ħeġġa tal-bniedem (il-pitirross) li jibqa’ jfittex lil Ġesù avolja jkun hemm drabi li fihom warrbu. Il-parti l-bajda tirrappreżenta l-bniedem li jwarrab lil Ġesù dejjem (bħall-mogħoż li moħħhom biss x’jistgħu jakkwistaw).  Fin-nofs hemm ukoll il-ħsieb tal-poeżija fil-qosor.

Poeżija – Il-Bejjiegħ tal-Gazzetti

F’din l-attività b’rabta mal-poeżija “Il-Bejjiegħ tal-Gazzetti” ta’ Ġorġ Borg, l-istudenti tal-Klassi 3 PEARL ingħaqdu flimkien sabiex joħolqu din il-kartonċina oriġinali.  Fiha naraw il-kartonċina miksija b’biċċiet ta’ karti minn gazzetti.  Fuq naħa naraw xbieha tal-Bejjiegħ tal-Gazzetti u fuq in-naħa l-oħra ritratt ta’ ommu.  Fin-nofs hemm żewġt iqlub magħqudin flimkien li juru l-imħabba ta’ bejn l-omm u binha.  Fin-nofs hemm ukoll il-ħsieb tal-poeżija fil-qosor.  Prosit.

Kitba kreattiva

F’din l-attività b’rabta mal-Kitba Kreattiva, l-istudenti tal-Klassi 3 PEARL kellhom itawlu s-sentenzi mogħtija.  Kull studenta kellha kelma differenti fosthom “Fjura”, “Kelb”, “Dar”, “Fann” u l-bqija.  L-istudenti għarfu kemm bi ftit immaġinazzjoni jistgħu jagħmlu s-sentenzi tagħhom isbaħ.

Meta Dħalt fl-Isqaq

Agħfas fuq l-istampa biex tiftaħ il-preżentazzjoni.

Din il-preżentazzjoni hija magħmula minn Yasmine Micallef Zammit, Britney Galea u Kimsley Grech