Category Archives: Il-Ħames Sena

L-album ta’ ħajti!

Federico, illum xiħ sewwa, intefa’ bilqiegħda fuq pultruna u bħalma kien iħobb jagħmel ta’ sikwit, qabad l-album tar-ritratti u beda jqalleb. Kemm tifkiriet ġew quddiem għajnejh, tifkiriet u ritratti li jqanqlulu nostalġija għaż-żmien tat-tfulija u taż-żgħożija, kemm dawk barka mis-sema, kif ukoll dawk li jisħet is-siegħa u l-mument li seħħew… kompli aqra hawn…

Xogħol ta’ Josela Psaila ta’ Form 5 Coral

Ħadd wara Ħadd, tasal ta’ kulħadd!

Ma kienx għad fadal ħlief borġ ġebel u skiet taqtgħu b’sikkina. Dak il-ħin qalbi bdiet tingħafas għax ħassejt li kont tlift parti minn ħajti, l-ewwel ħamsa u għoxrin sena ta’ ħajti… kompli aqra hawn…

Xogħol ta’ Josela Psaila ta’ Form 5 Coral

Komponiment

Hekk kif għamilt l-ewwel pass fuq l-għatba ta’ dak il-bieb kaħlani bil-qatriet tan-nida jċarċru minn fuqu, waqaft għal mument biex nieħu nifs fil-fond. L-arja kiesħa tal-imsaġar wara xita qalila ġegħlitni nirrilassa u ħaditni lura fi żmien tfuliti meta kont inżur lin-nanna wara xita qawwija. Issa li kienu għaddew ix-xhur minn meta n-nanna ħallietna, fl-aħħar kelli biżżejjed kuraġġ biex nerġa’ nżur dik id-dar. Wara dak il-bieb kien hemm il-memorji kollha f’dik id-dar u kont qed niftaħ triq għalihom kollha…

Id-dar tan-nanna” minn Maronia Falzon ta’ 5 Diamond

Komponiment tal-Malti

Kont għadek kif wasalt Londra fuq titjira tal-Airmalta. Malli nżilt minn fuq l-ajruplan, ġew żewġ uffiċjali tas-sigurtà, ħatfuk minn dirgħajk u daħħluk f’karozza bil-ħġieġ iswed. Ma stajt tara xejn. Hekk kif il-karozza waqfet, ġew żewġ pulizija u kaxkruk lejn kamra ċkejkna bi ftit dawl inemnem u b’siġġu fin-nofs. Ġara li rabtuli idejja u ħalqi tant li bilkemm stajt nieħu nifs, aħseb u ara kemm stajt nitkellem… Agħfas hawn biex tkun taf x’ġara…

Xogħol ta’ Cassandra Pavia ta’ 5 Coral

Komponiment tal-Malti

Kont għadek kif wasalt Londra fuq titjira tal-AirMalta. Malli nżilt minn fuq l-ajruplan, ġew żewġ uffiċjali
tas-sigurtà, ħatfuk minn dirgħajk u daħħluk f’karozza bil-ħġieġ iswed. Ma stajt tara xejn. Hekk kif il-karozza waqfet, ġew żewġ pulizija u kaxkruk lejn kamra ċkejkna bi ftit dawl inemnem u b’siġġu fin-nofs. Ġara li ħallewk waħdek, bilqiegħda fuq is-siġġu għal għaxar minuti sħaħ. Għaxar minuti infernali… Agħfas hawn biex tkun taf x’ġara…

Xogħol ta’ Victoria Rotin ta’ 5 Coral