Category Archives: Xogħol l-istudenti

L-imħabba lejn l-annimali

L-imħabba li persuna tirċievi mingħand l-annimali hi ċertament imħabba ġenwina, għax l-annimal jifhem is-sentimenti tal-bniedem xi kultant iktar mill-bniedem innifsu. Tispirani l-kapaċita` li jirritornaw l-imħabba lura u l-fatt li jindunaw li jkollok xi ħaġa li tiskomodak. L-imħabba lejn l-annimali minn dejjem kienet fija b’mod partikolari lejn il-qtates. Inħoss li l-annimali bħal kull ħaġ`oħra ħajja għandhom dritt li jgħixu kuntenti. Meta nara animal fil-bżonn inħoss il-ħtieġa li ngħinu mhux għas-sodisfazzjon imma għal vera imħabba li għandi għalihom. Ngħinhom kif nista’ forsi b’affarijiet żgħar eżempju li nitmagħhom. Aspirazzjoni li ilha tberren ġo moħħi hi li la nikber niftaħ xelter għall-klieb u l-qtates.Ikolli ngħid li rbatt qalbi mal-qtates tal-iskola u nametti li meta niġi biex nitlaq mill-iskola, in-nuqqas tagħhom ser inħossu żgur.

Xogħol ta’ Martina Caruana tal-klassi 3 Diamond

Xogħol tal-istudenti tad-9 sena

Fis-silta “Ir-Raġel tal-Klieb” ta’ Oliver Friggieri, niltaqgħu ma’ raġel li kien iħossu aktar komdu jikkomunika mal-klieb milli ma’ martu. L-istudenti Maria Magro Conti, Halle Camilleri, Kay Mifsud u Melissa Mercieca mill-klassi 9 Coral, għamlu din il-preżentazzjoni fil-klassi b’rabta man-novella.

Xogħol tal-Istudenti tal-Ewwel Sena fil-Malti

De Molizz magħmula minn Roberta Fava

Id-Dawl l-Abjad magħmula minn Luca Zammit

Il-Għar tax-Xelter magħmula minn Katriana Abela

Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta – Kapitlu 8 Fuq is-Saqqu tat-Tiben

Preżentazzjoni

Xogħol magħmul minn Nicole Callus, Emma Curmi u Laken Cassar ta’ 2 Qroll.

Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta

Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta 

Kwizz

Xogħolijiet ta’ Marija Camilleri tal-klassi 2 Qroll

Fuklar Qadim u bnadar imċarta

Xogħol ta’ Sera, Daniel, Katrina u Nadesh tal-klassi 2 Qroll

Djarju

Minn mindu kont għadni żgħira, l-kamra tal-bejt tan-nanna, kienet taffaxxinani. Kamra mimlija sa ruħ ommha b’għamara antika li ma baqgħetx tintuża imma tiġik ħasra teħodha għand tal-forn. Is-sajf li għadda qattajt xahar għand in-nanna u ġietni x-xoqqa f’moxtha li nesplora kull rokna tal-kamra ta’ ħdejn il-bejt… Agħfas hawn biex tkompli taqra.

Xogħol ta’ Marija Camilleri ta’ 2 Coral

Storja tal-biża’

Meta ssakkart ġo dar antika biex nistkenn mill-maltemp qalil ħassejtni se ttini rasi. Kienet dar żdingata, magħluqa għal ħafna snin u ħadd ma kien jaf dwarha għaliex ħadd ma reġa’ mar joqgħod fiha… kompli aqra hawn.

Xogħol ta’ Haley Psaila ta’ Form 1 Coral

Il-gazzetta 2 Qroll

Agħfas hawn biex taqra l-gazzetta 2 Qroll.

Xogħol tal-istudenti tal-klassi 2 Qroll (2 Coral)

Il-Gżejjer Gidaxx

Kien żmien ikrah ħafna. Kienet għadha kif spiċċat l-ewwel
gwerra dinjija imma kulħadd kien qed jifraħ. Il-Ħarifa
tal-1919 ġabet magħha serħan tal-moħħ li tal-inqas il-gwerra
kienet intemmet… kompli aqra hawn.

Xogħol ta’ Gyllain Pace ta’ Form 1 Coral

Meta ssakkart…

Meta ssakkart… x’waħda tinkiteb ġratli! Għadni
nħoss qalbi ħierġa kull meta niftakar fiha, avolja
għaddew ħames snin… kompli aqra hawn.

Xogħol ta’ Gyllain Pace ta’ Form 1 Coral

Ikteb riklam biex tixtri prodott oriġinali

Agħfas hawn biex tara x-xogħol ta’ Katriana Abela ta’ 1 Coral

L-agħar ġurnata f’ħajti

Kienet ġurnata sajfija b’xemx tleqq daqs djamant. Kelli l-għeja ta’ ħames bdiewa xjuħ. Ftaħt għajnejja fl-iswed u qomt bħal qattus għażżien bl-inqas ħila possibbli. Imxejt fid-dlam qawwi ta’ kamarti waqt li bdejt naħbat ma’ kull oġġett li kien hemm. Fl-aħħar missejt u ftaħt il-bieb antik tal-injam. F’kwart ta’ kwart ta’ sekonda, l-iswed tal-kamra tiegħi ra d-dawl tax-xemx jirrifletti mill-ħajt tal-ħġieġ tal-kamra prinċipali… kompli aqra hawn

Xogħol ta’ Noah Galea ta’ 3 Coral

Matul is-snin tal-Ħajja ta’ Ġuże’ Chetcuti

Fil-lezzjoni tal-poeżija, l-istudenti fil-klassi 3 CORAL jinqasmu fi gruppi u kull grupp ikollu attività xi ħejji b’rabta mal-poeżija u skont x’jintalab jagħmel. Nicole Zammit, Suzanne Buttigieg, Isaac Dalli u Kieran Curmi kellhom iħejju preżentazzjoni bil-PowerPoint li matulha jiffukaw fuq mumenti u emozzjonijiet differenti li jġarrab il-bniedem tul ħajtu. Dan hu dak li ħejjew għalina…

L-album ta’ ħajti!

Federico, illum xiħ sewwa, intefa’ bilqiegħda fuq pultruna u bħalma kien iħobb jagħmel ta’ sikwit, qabad l-album tar-ritratti u beda jqalleb. Kemm tifkiriet ġew quddiem għajnejh, tifkiriet u ritratti li jqanqlulu nostalġija għaż-żmien tat-tfulija u taż-żgħożija, kemm dawk barka mis-sema, kif ukoll dawk li jisħet is-siegħa u l-mument li seħħew… kompli aqra hawn…

Xogħol ta’ Josela Psaila ta’ Form 5 Coral

Ħadd wara Ħadd, tasal ta’ kulħadd!

Ma kienx għad fadal ħlief borġ ġebel u skiet taqtgħu b’sikkina. Dak il-ħin qalbi bdiet tingħafas għax ħassejt li kont tlift parti minn ħajti, l-ewwel ħamsa u għoxrin sena ta’ ħajti… kompli aqra hawn…

Xogħol ta’ Josela Psaila ta’ Form 5 Coral

L-Awtobijografija Tiegħi

Noqgħod fir-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk, il-villaġġ tas-sajjieda. Ngħix f’dar kbira u sabiħa ferm, komda u arjuża u tgawdi veduti li jpaxxu l-għajn, kemm tal-baħar kif ukoll tal-għelieqi… agħfas hawn biex tkompli taqra!

Xogħol ta’ Gyllain Pace (Year 7 Coral)

Ħrejjef

Il-Fieres huwa preżentazzjoni flimkien ma’ ritratti ta’ xeni mill-ħrafa.

Xogħol magħmul minn Martina Caruana ta’ 2 Jade

Qwiel Maltin

Dawn huma filmati magħmulin minn dawn l-istudenti: Bernice Mifsud, Sarah Mifsud u Rebecca Xerri tat-3 Coral.
Il-qwiel li rreċtaw huma: Kappell ma jmejjilx lill-ieħor, Raqqa’ l-pannu bil-qara’ aħmar u Bil-kelma t-tajba toħroġ il-far mit-toqba.

Qwiel Maltin

Dawn huma żewġ filmati qosra ta’ studenti tal-form 3. L-istudenti fiż-żewġ filmati huma Leann Ellul u Melanie Gatt mill-klassi 3 Coral. Ir-reċta hija fuq żewġt iqwiel li għandhom fis-sillabu tat-tielet sena.

Jiena annimal f’ċirklu

Immaġina li kont annimal f’ċirklu

Ajma! Qed tweġġgħuni. Ieqfu! Ieqfu! Għala dejjem l-istess? Dejjem ittuni f’dahri u ttuni ftit x’niekol. Jien jisimni Żimba. Jien tigra taċ-ċirklu.Ma xtaqtx insir tigra taċ-ċirklu, għax is-sidien jitrattawni ħażin… kompli aqra hawn.

Komponiment ta’ Emilia Borg Cachia ta’ Form 1 Diamond