Category Archives: Dipartiment tal-Malti

Xogħol tal-Istudenti tal-Ewwel Sena fil-Malti

De Molizz magħmula minn Roberta Fava

Id-Dawl l-Abjad magħmula minn Luca Zammit

Il-Għar tax-Xelter magħmula minn Katriana Abela

Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta – Kapitlu 8 Fuq is-Saqqu tat-Tiben

Preżentazzjoni

Xogħol magħmul minn Nicole Callus, Emma Curmi u Laken Cassar ta’ 2 Qroll.

Kelma

Kelma

Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta

Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta 

Kwizz

Xogħolijiet ta’ Marija Camilleri tal-klassi 2 Qroll

Fuklar Qadim u bnadar imċarta

Xogħol ta’ Sera, Daniel, Katrina u Nadesh tal-klassi 2 Qroll

Ortografija

Kelma

Ortografija

Mawra sal-Palazz tal-Inkwiżitur

Il-klassi 1 Coral mal-għalliema Ms.M.Cachia u Ms.J Cachia morna ġewwa l-palazz tal-Inkwiżitur fejn rajna ħwejjeġ awtentiċi, rajna filmat fuq l-insiġ tal-ħwejjeġ, l-istudenti tellgħu reċta u l-Gwida dawwarna mal-palazz filwaqt li fhemna x’kien isir fil-qorti u ċ-ċelel.

Kelma

Ortografija

Ortografija

Personaġġ

Reċensjoni

Reċensjoni tal-ktieb “Rigal tal-Milied” ta’ Trevor Żahra

Ktieb li jinżillek għasel għal dawn il-jiem tal-festi tal-Milied hu appuntu Rigal tal-Milied ta’ Trevor Żahra. F’dan il-ktieb minbarra li fih erba’ stejjer u reċta bit-tema tal-Milied wieħed isib ukoll affarijiet u tagħrif ieħor marbut ma’ din il-festa. Wieħed isib:
• Logħob, ċajt u komiks.
• Għanjiet oriġinali bil-mużika stampata.
• Logħob għal waqt xi festin tal-Milied.
• Tagħrif kif tagħmel tiżjin ħafif għall-
Milied.
• Ideat għat-tiżjin tad-dar.
• Riċetti Maltin.
• Tagħrif dwar il-Milied Malti ta’ dari.
• Siltiet ta’ qari mill-Evanġelju.

L-ewwel ktieb Malti li joffrilek kollox dwar din il-festa sabiħa tal-Milied. Ktieb li darba taqrah ser tibqa’ tfittxu u kull Milied tniżżlu minn fuq l-ixkaffa u tagħmel użu minnu.

Djarju

Minn mindu kont għadni żgħira, l-kamra tal-bejt tan-nanna, kienet taffaxxinani. Kamra mimlija sa ruħ ommha b’għamara antika li ma baqgħetx tintuża imma tiġik ħasra teħodha għand tal-forn. Is-sajf li għadda qattajt xahar għand in-nanna u ġietni x-xoqqa f’moxtha li nesplora kull rokna tal-kamra ta’ ħdejn il-bejt… Agħfas hawn biex tkompli taqra.

Xogħol ta’ Marija Camilleri ta’ 2 Coral

Reċensjoni

Reċensjoni tal-ktieb “Inkwatru Misterjuż” ta’ Tony C. Cutajar

Kif bosta jafu ħafna rkejjen fil-gżejjer Maltin għandhom xi storja jew xi leġġenda marbuta magħhom.
Tony C. Cutajar b’ħila kbira niseġ ġrajja interessanti li hija mibnija fuq waħda minn dawn il-leġġendi popolari.
Dan ir-rumanz huwa mibni fuq il-leġġenda tal-Mensija f’San Ġwann meta l-bidwi Indrì jkun qed iħaffer biex jagħmel bir. Id-dawl li ħareġ minn ħofra fl-art juri għar li mirdum fih ikun hemm inkwatru reliġjuż antik ħafna. Huwa jieħdu għand il-Kappillan ta’ Birkirkara iżda għal darbtejn dan l-inkwatru jerġa’ jinstab fl-għar. Jeħduh għand l-Isqof iżda l-inkwatru misterjuż jerġa’ jmur fejn kien qabel.
Il-kitba mexxejja ta’ Tony C. Cutajar iddaħħlek fl-ispirtu ta’ din il-ġrajja u tħallik fuq ix-xwiek sakemm issir taf kif ser tintemm.

Storja tal-biża’

Meta ssakkart ġo dar antika biex nistkenn mill-maltemp qalil ħassejtni se ttini rasi. Kienet dar żdingata, magħluqa għal ħafna snin u ħadd ma kien jaf dwarha għaliex ħadd ma reġa’ mar joqgħod fiha… kompli aqra hawn.

Xogħol ta’ Haley Psaila ta’ Form 1 Coral

Reċensjoni

Reċensjoni tal-ktieb “Mill-Ġnejna ta’ Tfuliti” ta’ Carmel G. Cauchi

Ftit ġranet ilu xi studenti mill-iskola tagħna kellhom lezzjoni tal-Malti b’differenza. Fiha kellhom laqgħa interessanti mal-awtur popolari Carmel G. Cauchi. L-awtur li l-istudenti tal-ewwel sena tas-sekondarja huma midħla tiegħu permezz tal-ktieb Zito Zandarell-Ġrajjiet ta’ tifel aljen li huma jistudjaw f’din is-sena. Huwa tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fil-pubblikazzjoni ta’ għadd kbir ta’ kotba għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Huwa qasam mal-istudenti xi tifkiriet ta’ tfulitu u tkellem ukoll dwar il-karriera tiegħu ta’ għalliem u lejn l-aħħar bħala Assistent Kap fi skola Primarja. Xi wħud mit-tifkiriet li semma’ mal-istudenti nsibuhom fil-ktieb tiegħu Mill-Ġnejna ta’ Tfuliti.

Dan il-ktieb mhuwiex ktieb li fih Carmel G. Cauchi jimraħ fil-fantasija biex joħloq xi storja fittizja bħalma għamel f’kotba oħra qabel. Kotba li fihom laqqagħna ma’ bosta karattri li ħoloq Cauchi stess, bħal Pietru Pitravu, Mastru Gerfex, Betta Trombetta, Ramon u Sardinellu u ħafna oħrajn. F’dan il-ktieb jirrakkonta fatti – drawwiet u ġrajjiet li seħħew tassew. Cauchi jeħodna lura fi żmien tfulitu, fis-snin ħamsin u sittin bikrin, biex miegħu nqallbu l-album tat-tifkiriet. Jistedinna ngħaddu miegħu mill-iskola tan-nuna għal dik primarja u mbagħad il-Liċeo. Idaħħalna fid-dar qadima ta’ tfulitu u jlaqqagħna ma’ qrabatu. Jaqsam magħna l-istil ta’ ħajja sempliċi li għex fi tfulitu bil-ħelu u l-morr tagħha.

Dan huwa ktieb li jappella għall-qarrejja kbar li għexu dawk is-snin għax iġeddilhom it-tifkiriet. Imma jappella wkoll għall-qarrejja żgħar għax jurihom kemm it-tfulija tal-imgħoddi kienet differenti minn dik tal-lum.

Il-gazzetta 2 Qroll

Agħfas hawn biex taqra l-gazzetta 2 Qroll.

Xogħol tal-istudenti tal-klassi 2 Qroll (2 Coral)

Il-Gżejjer Gidaxx

Kien żmien ikrah ħafna. Kienet għadha kif spiċċat l-ewwel
gwerra dinjija imma kulħadd kien qed jifraħ. Il-Ħarifa
tal-1919 ġabet magħha serħan tal-moħħ li tal-inqas il-gwerra
kienet intemmet… kompli aqra hawn.

Xogħol ta’ Gyllain Pace ta’ Form 1 Coral