Category Archives: Kompetizzjonijiet

Kompetizzjoni Ortografija

Agħfas hawn biex taqra d-dettalji u tieħu sehem fil-kompetizzjoni.

Kompetizzjoni Ortografija 3 – Rebbieħa

Ir-rebbieħa tat-tielet u l-aħħar kompetizzjoni ortografika huma:

  • Caruana Nevise (1 Jade) b’124 kelma miktuba tajbin
  • Xuereb Kristy (3 Coral) b’117-il kelma miktuba tajbin

Dawn iż-żewġ studenti ngħataw ktieb kull wieħed mogħti minn BDL Distributors Limited.

Kompetizzjoni Ortografija 3

Kompetizzjoni Ortografija 3

Kompetizzjoni Ortografija 2

Sfortunatament, ħadd minn dawk li ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni ma għaraf jirranġa l-iżbalji ortografiċi kollha, la f’Livell A u lanqas f’Livell B. Għaldaqstant, din id-darba, il-kompetizzjoni ma ntrebħitx.

Kompetizzjoni Ortografija 2

Kompetizzjoni Ortografija 2 – Livell A

Kompetizzjoni Ortografija 2 – Livell B

Kompetizzjoni Ortografija 1 – Rebbieħa

Ir-rebbieħa tal-ewwel kompetizzjoni b’rabta mal-ortografija huma:

  • Victoria Rotin – 5 CORAL
  • Soyan Bonnici – 1 RUBY

Dawn l-istudenti ingħataw ktieb mogħti mill-iskola.

Kompetizzjoni Ortografija 1

DOKUMENT – KOMPETIZZJONI ORTOGRAFIJA 1

Għażiż Student/a, ħares lejn il-paragrafu li hemm fid-dokument mehmuż ma’ dan l-artiklu. Fih hemm numru ta’ żbalji ortografiċi. Sibhom u rranġahom.  Ipprintja l-karta mehmuża jew itlob waħda lill-għalliem/a tiegħek u fil-kaxxi ta’ taħt niżżel l-iżbalji kollha misjuba rranġati. Itfa’ kollox f’envelopp magħluq (tikteb xejn fuq barra tal-envelopp) u agħtih lill-għalliem/a tiegħek sal-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru 2015.  Ir-rebbieħ/a j/titħabbar f’Jannar 2016.  Biex tirbaħ trid issib l-iżbalji kollha u tirranġahom.  L-ewwel envelopp li jinfetaħ bit-tweġibiet kollha tajbin ikun ir-rebbieħ.