Category Archives: Dipartiment tal-Malti

Our School just awarded the Frans Sammut Award

We are pleased to announce that on the evening of Friday 12th May, during the Frans Sammut Award ceremony, our Żejtun school won First prize in the Schools Category. The school was awarded with a trophy and a monetary prize.

Our school placed first out of 13 participating schools. This success is thanks to the Maltese Department team, lead by Dr Kenneth Grima, which worked hard all year long by exhibiting work to promote the language around the school. The presentation below, displays evidence of this work.

L-iSkola tagħna tingħata l-Premju Frans Sammut

Bi pjaċir kbir inħabbru li nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju filghaxija, waqt il-Premjazzjoni tal-Premju Frans Sammut, l-iskola tagħna taż-Żejtun rebħet l-Ewwel Premju fil-Kategorija tal-Iskejjel. Għal dan is-suċċess tat-tim tal-Malti, ingħata trofew u premju monetarju lill-iskola.

L-iskola tagħna ġiet imsejjħa fl-ewwel post minn fost 13-il skola oħra li ħadu sehem. Kien mument ta’ suċċess għat-tim tal-Malti immexxi minn Dr Kenneth Grima, tim li ħadem matul diversi xhur sabiex ittella’ xogħol bil-Malti madwar l-iskola kollha. Il-preżentazzjoni t’hawn taħt tixhed dan ix-xogħol.

Ortografija

Ortografija

Personaġġ

Spellitona 2017

Personaġġ

Ortografija

Xogħol tal-idejn għal żmien l-Għid waqt lezzjoni tal-Malti

Girlanda tal-Għid

Għandek bżonn:

• Imqass
• Kolla bajda
• Żewġ wrapping papers differenti
• Kartonċina bajda / kartuna rqiqa tal-kaxxa taċ-ċereali
• Żigarella kkulurita
• Forma ta’ bajda tal-kartun
• Santa ta’ Kristu Rxoxt
1. Pinġi 8 forom ta’ bajda fuq il-kartonċina.
2. Qasqashom u waħħal fuqhom il-wrapping papers ikkuluriti.
3. Erġa’ qasqas u waħħalhom ħdejn xulxin forma ta’ ċirku. Kull ċirku jrid ikun imrikkeb ftit fuq ta’ ħdejh.

Studenti tal-klassijiet tal-Form 1 u 2 għamlu dan ix-xogħol tal-idejn.

Żjara sal-forn Ta’ Pataw

Nhar it-Tlieta 4 t’April l-istudenti tal-form 1 flimkien mal-għalliema tagħhom Ms.Massabielle Zammit, kellhom l-opportunita’ li jżuru forn magħruf bħala Ta’ Pataw fiż-Żejtun u jitgħallmu dwar kif issir il-ħobża tradizzjonali Maltija, bħala parti mil-lezzjonijiet tal-Proġett tat-Tradizzjonijiet Maltin.

Żjara lis-Sede tal-Għaqda Mużikali Beland

Nhar it-Tlieta 11 t’April 2017 l-istudenti tal-klassi 2 Coral flimkien mal-għalliema tagħhom Ms.Massabielle Zammit kellhom attivita’ mhux tas-soltu. Il-lezzjoni saret ġewwa s-Sede tal-Għaqda Mużikali Beland fejn l-istudenti tgħallmu dwar l-attivitajiet li ttella’ din is-Soċjeta’ fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa kif ukoll kellhom l-opportunita’ li jitgħallmu dwar l-arti tas-smid taħt id-direzzjoni tas-Sur Joseph Baldacchino u s-Sur Renato Spiteri.

Kelma

Reċensjoni

Reċensjoni tal-ktieb “Toni Bajjada” ta’ Ġuże’ Muscat Azzopardi

Ġuże’ Muscat Azzopardi twieled Ħal Qormi fl-1853. Huwa magħruf l-iżjed għar-rumanzi storiċi li kiteb fosthom Viku Mason, Ċejlu Tonna, Susanna u Nazju Ellul.
Toni Bajjada hu rumanz antik Malti li Ġuże’ Muscat Azzopardi kiteb fl-1878. Rumanz bi ġrajja li sseħħ f’Malta ta’ żmien l-Assedju l-Kbir tal-1565. Dan Toni Bajjada kien ġuvni min-Naxxar mibrum b’saffejn. Twil u fuq tiegħu, ħafif daqs it-tajr, bniedem li meta jdaħħal ħaġa f’rasu ħadd ma jdawru iżjed. Wiċċu samrani, ħuġbejh mimlija, xagħru iswed tuta, għajnejh donnhom jitkellmu. Demmu kien tħossu jiġbdek, qalbu f’idejh, ħelu ma’ kulħadd; il-kelma qerq lanqas kien jaf biha. Permezz ta’ dan l-eroj Malti Azzopardi ried inissel fiduċja fil-Maltin u mħabba lejn pajjiżhom. Pajjiż li kien għadu maħkum mill-barrani u jittama li xi darba għad jikseb rajh f’idejh.

Ortografija

L-Ispellitona- Appuntament tant mistenni mill-istudenti

Fl-14, 15, 16 ta’ Marzu saret l-ispellitona għall-istudenti tat-tmien sena mtella’ mid-Dipartiment tal-Malti. L-istudenti kienu mqassma skont il-ħiliet tagħhom. F’din l-ispellitona saret spjega tal-punti ortografiċi u b’hekk serviet ukoll bħala taħriġ supplimentari fl-ortografija.

Ortografija

Personaġġ

Personaġġ

Xogħol tal-Istudenti tal-Ewwel Sena fil-Malti

De Molizz magħmula minn Roberta Fava

Id-Dawl l-Abjad magħmula minn Luca Zammit

Il-Għar tax-Xelter magħmula minn Katriana Abela

Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta – Kapitlu 8 Fuq is-Saqqu tat-Tiben

Preżentazzjoni

Xogħol magħmul minn Nicole Callus, Emma Curmi u Laken Cassar ta’ 2 Qroll.