Attivita’: L-Imħabba li ma tmut qatt

Nhar it-Tnejn, 7 ta’ Marzu, l-istudenti tat-3 Pearl tellgħu fis-sala tal-iskola dramm li kitbu huma stess bit-titlu “L-imħabba li ma tmut qatt”. Dan id-dramm jissejjes fuq in-novella “Ir-Raġel tal-Klieb” ta’ Oliver Friggieri misjuba fil-ktieb “Stejjer għal Qabel Jidlam”. Id-dramm jitkellem dwar koppja li qatt ma kellhom tfal. Minħabba f’hekk, ir-raġel spiċċa ħabb ħafna lill-klieb tant li d-dar tiegħu u ta’ martu mtliet klieb. Dan wassal sabiex bejn il-koppja miżżewġa nħoloq l-inkwiet li wassal għal nuqqas ta’ komunikazzjoni.  L-istudenti tat-3 Pearl, bl-għajnuna tal-għalliem tagħhom u l-LSA, żviluppaw b’mod kreattiv in-novella ta’ Friggieri u tawha l-laqta tagħhom. Nirringrazzjaw lil kull min ġie jara dan id-dramm.

Posted on 11/04/2016, in Attivitajiet. Bookmark the permalink. Comments Off on Attivita’: L-Imħabba li ma tmut qatt.

Comments are closed.