Attivita’: Aqra Ktieb għal Qalbek

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ April 2016, fl-Assembly tal-Form 2 u l-Form 4 saret il-preżentazzjoni mill-istudenti ta’ Grupp D tal-Malti fil-Form 2 dwar ktieb li qraw bil-Malti.
Il-preżentazzjoni saret mill-istudenta Mariah Saliba tat-2 Opal li tkellmet dwar il-ktieb Noella u l-Ħabib il-Ġdid ta’ Rita Grech, kif ukoll l-istudenti Mariah Debono u Rebecca Zammit tat-2 Jade, li tkellmu dwar il-ktieb Il-Pulena tad-Deheb ta’ Trevor Żahra.
Kull studenta ppreparat preżentazzjoni bil-PPT, liema preżentazzjonijiet intwerew lill-istudenti fl-Assembly fuq l-iskrin fis-sala tal-iskola.

Posted on 11/04/2016, in Attivitajiet. Bookmark the permalink. Comments Off on Attivita’: Aqra Ktieb għal Qalbek.

Comments are closed.