Ortografija

Ortografija

Personaġġ

SOS – Saving Our Seas (an article as part of the YRE competition)

Who is there to help, if all the rubbish depicted in the picture is actually our trash? Will humans work together to reduce pollution and its impact? This picture was taken at Marsaxlokk port portraying some of the trash that could be observed on the sides along the promenade.
Made by Maya Xuereb and Kyle Shead 3 Coral

Reċensjoni

Reċensjoni tal-ktieb “Rigal tal-Milied” ta’ Trevor Żahra

Ktieb li jinżillek għasel għal dawn il-jiem tal-festi tal-Milied hu appuntu Rigal tal-Milied ta’ Trevor Żahra. F’dan il-ktieb minbarra li fih erba’ stejjer u reċta bit-tema tal-Milied wieħed isib ukoll affarijiet u tagħrif ieħor marbut ma’ din il-festa. Wieħed isib:
• Logħob, ċajt u komiks.
• Għanjiet oriġinali bil-mużika stampata.
• Logħob għal waqt xi festin tal-Milied.
• Tagħrif kif tagħmel tiżjin ħafif għall-
Milied.
• Ideat għat-tiżjin tad-dar.
• Riċetti Maltin.
• Tagħrif dwar il-Milied Malti ta’ dari.
• Siltiet ta’ qari mill-Evanġelju.

L-ewwel ktieb Malti li joffrilek kollox dwar din il-festa sabiħa tal-Milied. Ktieb li darba taqrah ser tibqa’ tfittxu u kull Milied tniżżlu minn fuq l-ixkaffa u tagħmel użu minnu.

Djarju

Minn mindu kont għadni żgħira, l-kamra tal-bejt tan-nanna, kienet taffaxxinani. Kamra mimlija sa ruħ ommha b’għamara antika li ma baqgħetx tintuża imma tiġik ħasra teħodha għand tal-forn. Is-sajf li għadda qattajt xahar għand in-nanna u ġietni x-xoqqa f’moxtha li nesplora kull rokna tal-kamra ta’ ħdejn il-bejt… Agħfas hawn biex tkompli taqra.

Xogħol ta’ Marija Camilleri ta’ 2 Coral

Results of the EkoSkola Questionnaire

Dear students and parents/guardians,
The EkoSkola Committee, within St Thomas More College, Secondary School, Żejtun would like to thank you sincerely for participating in the online questionnaire entitled ‘What you eat at home…..Menu for Change’. The total number of responses received was 218 and we are presenting the results of the English and the Maltese versions separately.

Click here to read Questionnaire Results.

Riżultati tal-Kwestjonarju ta’ EkoSkola

Għeżież studenti u ġenituri/kustodji,
Il-Kumitat EkoSkola, fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More, l-Iskola Sekondarja taż-Żejtun jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw fil-kwestjonarju online bl-isem ta’ ‘X’tiekol id-dar…….Menù għall-Bidla’. In-numru totali ta’ risposti miksuba kien ta’ 218 u, għaldaqstant, qegħdin nippreżentaw ir-riżultati tal-verżjoni bil-Malti u bl-Ingliż separatament.

Agħfas hawn biex taqra r-riżultati tal-kwestjonarju.

Reċensjoni

Reċensjoni tal-ktieb “Inkwatru Misterjuż” ta’ Tony C. Cutajar

Kif bosta jafu ħafna rkejjen fil-gżejjer Maltin għandhom xi storja jew xi leġġenda marbuta magħhom.
Tony C. Cutajar b’ħila kbira niseġ ġrajja interessanti li hija mibnija fuq waħda minn dawn il-leġġendi popolari.
Dan ir-rumanz huwa mibni fuq il-leġġenda tal-Mensija f’San Ġwann meta l-bidwi Indrì jkun qed iħaffer biex jagħmel bir. Id-dawl li ħareġ minn ħofra fl-art juri għar li mirdum fih ikun hemm inkwatru reliġjuż antik ħafna. Huwa jieħdu għand il-Kappillan ta’ Birkirkara iżda għal darbtejn dan l-inkwatru jerġa’ jinstab fl-għar. Jeħduh għand l-Isqof iżda l-inkwatru misterjuż jerġa’ jmur fejn kien qabel.
Il-kitba mexxejja ta’ Tony C. Cutajar iddaħħlek fl-ispirtu ta’ din il-ġrajja u tħallik fuq ix-xwiek sakemm issir taf kif ser tintemm.

Storja tal-biża’

Meta ssakkart ġo dar antika biex nistkenn mill-maltemp qalil ħassejtni se ttini rasi. Kienet dar żdingata, magħluqa għal ħafna snin u ħadd ma kien jaf dwarha għaliex ħadd ma reġa’ mar joqgħod fiha… kompli aqra hawn.

Xogħol ta’ Haley Psaila ta’ Form 1 Coral

Reċensjoni

Reċensjoni tal-ktieb “Mill-Ġnejna ta’ Tfuliti” ta’ Carmel G. Cauchi

Ftit ġranet ilu xi studenti mill-iskola tagħna kellhom lezzjoni tal-Malti b’differenza. Fiha kellhom laqgħa interessanti mal-awtur popolari Carmel G. Cauchi. L-awtur li l-istudenti tal-ewwel sena tas-sekondarja huma midħla tiegħu permezz tal-ktieb Zito Zandarell-Ġrajjiet ta’ tifel aljen li huma jistudjaw f’din is-sena. Huwa tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fil-pubblikazzjoni ta’ għadd kbir ta’ kotba għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Huwa qasam mal-istudenti xi tifkiriet ta’ tfulitu u tkellem ukoll dwar il-karriera tiegħu ta’ għalliem u lejn l-aħħar bħala Assistent Kap fi skola Primarja. Xi wħud mit-tifkiriet li semma’ mal-istudenti nsibuhom fil-ktieb tiegħu Mill-Ġnejna ta’ Tfuliti.

Dan il-ktieb mhuwiex ktieb li fih Carmel G. Cauchi jimraħ fil-fantasija biex joħloq xi storja fittizja bħalma għamel f’kotba oħra qabel. Kotba li fihom laqqagħna ma’ bosta karattri li ħoloq Cauchi stess, bħal Pietru Pitravu, Mastru Gerfex, Betta Trombetta, Ramon u Sardinellu u ħafna oħrajn. F’dan il-ktieb jirrakkonta fatti – drawwiet u ġrajjiet li seħħew tassew. Cauchi jeħodna lura fi żmien tfulitu, fis-snin ħamsin u sittin bikrin, biex miegħu nqallbu l-album tat-tifkiriet. Jistedinna ngħaddu miegħu mill-iskola tan-nuna għal dik primarja u mbagħad il-Liċeo. Idaħħalna fid-dar qadima ta’ tfulitu u jlaqqagħna ma’ qrabatu. Jaqsam magħna l-istil ta’ ħajja sempliċi li għex fi tfulitu bil-ħelu u l-morr tagħha.

Dan huwa ktieb li jappella għall-qarrejja kbar li għexu dawk is-snin għax iġeddilhom it-tifkiriet. Imma jappella wkoll għall-qarrejja żgħar għax jurihom kemm it-tfulija tal-imgħoddi kienet differenti minn dik tal-lum.

Il-gazzetta 2 Qroll

Agħfas hawn biex taqra l-gazzetta 2 Qroll.

Xogħol tal-istudenti tal-klassi 2 Qroll (2 Coral)

Il-Gżejjer Gidaxx

Kien żmien ikrah ħafna. Kienet għadha kif spiċċat l-ewwel
gwerra dinjija imma kulħadd kien qed jifraħ. Il-Ħarifa
tal-1919 ġabet magħha serħan tal-moħħ li tal-inqas il-gwerra
kienet intemmet… kompli aqra hawn.

Xogħol ta’ Gyllain Pace ta’ Form 1 Coral

Meta ssakkart…

Meta ssakkart… x’waħda tinkiteb ġratli! Għadni
nħoss qalbi ħierġa kull meta niftakar fiha, avolja
għaddew ħames snin… kompli aqra hawn.

Xogħol ta’ Gyllain Pace ta’ Form 1 Coral

Ortografija

Personaġġ

February Examinations Timetable

Click here to view the February Examinations Timetable

X’tiekol id-dar… ‘Menù għall-Bidla’ Kwestjonarju mill-Kumitat ta’ EkoSkola – What you eat at home… ‘Menu for Change’ EkoSkola Committee questionnaire

Agħfas hawn biex timla il-KWESTJONARJU

Jekk jogħġobkom imlew il-kwestjonarju sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2016. Grazzi ħafna.


Click here to fill in the QUESTIONNAIRE

Please fill in the Questionnaire by not later than Wednesday 14th December 2016. Thank you.

Antibiotic Resistance

Kelma